Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-434/14) 1

(“Politika estera u ta’ sigurtà komuni – Miżuri restrittivi adottati fir-rigward tas-sitwazzjoni fl-Ukraina – Iffriżar ta’ fondi – Lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplika l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi – Inklużjoni tal-isem tar-rikorrent – Prova tal-fondatezza tal-iskrizzjoni fil-lista”)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrent: Sergej Arbuzov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentanti: M. Machytková u P. Radošovský, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u J.-P. Hix, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina (ĠU L 66, p. 26), u tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119 (ĠU L 111, p. 91), sa fejn l-isem tar-rikorrent huwa iskritt fuq il-lista ta’ persuni, entitajiet u korpi li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi.

Dispożittiv

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi kontra ċerti persuni, ċerti entitajiet u ċerti korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, kif emendata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/216/PESK, tal-14 ta’ April 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2014/119, hija annullata sa fejn tikkonċerna lil Sergej Arbuzov.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Sergej Arbuzov.

____________

1 ĠU C 282, 25.8.2014.