Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-88/14)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: Sébastien Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża
Dikjarazzjoni tal-inapplikabbiltà tal-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bil-punt 70 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 1023/2013, sa fejn inaqqas in-numru ta’ jiem ta’ leave tar-rikorrenti, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014 u, min-naħa l-oħra, l-annullament ta’ deċiżjonijiet individwali li jnaqqsu l-għadd tagħhom ta’ jiem ta’ leave.
Talbiet tar-rikorrenti
jiddikjara l-Artikolu 6 tal-Anness X tar-Regolamenti tal-Persunal illegali;
jannulla d-deċiżjonijiet li bihom jitnaqqas il-leave annwali tar-rikorrenti b’effett mill-2014;
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.