Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-30 ta' Settembru 2009 - Impala vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-229/08)1

("Kompetizzjoni - Konċentrazzjoni - Impriża komuni Sony BMG - Annullament mill-Qorti tal-Prim'Istanza tad-deċiżjoni inizjali - Deċiżjoni ġdida li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni - Nuqqas ta' suġġett tal-kawża - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Independent Music Publishers and Labels Association (Impala, assoċjazzjoni internazzjonali) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Crosby, J. Golding, solicitors, u I. Wekstein, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: X. Lewis, F. Arbault u K. Mojzesowicz, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Sony Corporation of America (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Levy, barrister, R. Snelders u T. Graf, avukati); u Bertelsmann AG (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Chappatte, J. Boyce u A. Lyle-Smythe, solicitors)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 4507, tat-3 ta' Ottubru 2007, li tiddikjara kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE, konċentrazzjoni li toħloq impriża komuni li tiġbor fiha l-attivitajiet ta' Sony Corporation of America u ta' Bertelsmann AG fil-qasam tal-mużika rreġistrata (Każ COMP/M.3333 − Sony/BMG), adottata wara l-annullament, permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-13 ta' Lulju 2006, Impala vs Il-Kummissjoni (T-464/04, Ġabra p. II-2289), tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/188/KE, tad-19 ta' Lulju 2004, li tiddikjara konċentrazzjoni kompatibbli mas-suq komuni u mal-funzjonament tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/M.3333 - Sony/BMG) (ĠU 2005, L 62, p. 30).

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

Independent Music Publishers and Labels Association (Impala, assoċjazzjoni internazzjonali) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej.

Bertelsmann AG u Sony Corporation of America għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

____________

1 - ĠU C 197, 2.8.2008.