Language of document :

Rikors ippreżentat fis-6 ta' Frar 2009 - Vicente Carbajosa et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-9/09)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Isabel Vicente Carbajosa (Brussell, Il-Belġju) u oħrajn (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, E. Marchal, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar l-adozzjoni u l-pubblikazzjoni tal-avviżi tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 u tad-deċiżjonijiet dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta' preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u dwar l-evalwazzjoni ta' u l-għoti ta' marki għall-eżamijiet orali.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pubblikazzjoni u l-iffissar tal-kundizzjonijiet għall-ammissjoni u tal-iżvolġiment tal-eżamijiet tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08;

tannulla d-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjonijiet EPSO/AD/116/08 u EPSO/AD/117/08 dwar il-korrezzjoni tat-testijiet ta' preselezzjoni u tal-eżamijiet bil-miktub u kif ukoll dwar l-evalwazzjoni ta' u l-għoti ta' marki għall-eżamijiet orali;

tikkundanna lill-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej għall-ispejjeż.

____________