Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta' Jannar 2012 - Indo Internacional vs UASI - Visual (VISUAL MAP)

(Kawża T-260/08) 

["Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta' oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali VISUAL MAP - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VISUAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta' konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]"]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Indo Internacional, SA (Sant Cugat del Vallės, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment X. Fàbrega Sabaté u M. Curell Aguilà, sussegwentement M. Curell Aguilà u J. Güell Serra, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Pohlmann u R. Manea, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Visual SA (Saint-Apollinaire, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' April 2008 (Każ R 700/2007-1), dwar proċedimenti ta' oppożizzjoni bejn Visual SA u Indo Internacional, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Indo Internacional, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.08.2008.