Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Jannar 2017 – Rath vs EUIPO– Portela & Ca. (Diacor)

(Kawża T-258/08)1

[“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedura ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Diacor – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Diacol PORTUGAL – Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti – Artikolu 43(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] – Provi redatti f’lingwa li ma hijiex il-lingwa tal-proċedura – Regola 22(4) tar- Regolament (KE) Nru 2868/95 (li saret ir-Regola 22(6) tar-Regolament Nru 2868/95, kif emendat) – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Matthias Rath (Cap, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentanti: U. Vogt, C. Kleiner u S. Ziegler, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Portela & Ca., SA (São Mamede do Coronado, il-Portugall)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ April 2008 (Każ R 1630/2006-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Portela & Ca. u M. Rath.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Matthias Rath huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 223, 30.8.2008.