Language of document :

Rikors ippreżentat fit-30 ta' Ġunju 2008 - Biotronik vs UASI (Biomonitor)

(Kawża T-257/08)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik Meß- und Therapiegeräte GmbH (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Sander u T. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

Tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-24 ta' April 2008 mir-Raba' Bord ta' l-Appell ta' l-UASI (Trade marks u Disinni) fil-Każ R 466/2007-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali "Biomonitor" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 10 u 38, filwaqt li għandu jiġi speċifikat li l-lista tal-prodotti ġiet sussegwentement limitata għal prodotti fil-klassi 10 (Applikazzjoni għal trade mark Nru 4 556 023)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: L-applikazzjoni għal trade mark hija rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: L-appell huwa miċħud

Motivi invokati: Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/941, peress li t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni la hija nieqsa minn karattru distintiv u lanqas tikkostitwixxi indikazzjoni deskrittiva.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, ta' l-20 ta' Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p.1).