Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Lulju 2009 - Biotronik vs UASI (BioMonitor)

(Kawża T-257/08)1

("Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BioMonitor - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]")

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Biotronik GmbH & Co. KG (Berlin, il-Ġermanja)(rappreżentanti: inizjalment U. Sander u R. Böhm, sussegwentement R. Böhm, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Schäffner, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta' April 2008 (Każ R 466/2007-4) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali BioMonitor bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Biotronik GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 223, 30.8.2008.