Language of document :

Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta' Diċembru 2007 - Kerelov vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/07)

(Servizz pubbliku - Inammissibbiltà manifesta - Artikolu 44(1)(ċ) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim'Istanza )

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Georgi Kerelov (Pazardzhik, il-Bulgarija) (rappreżentanti: A. Kerelov, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropew

Suġġett tal-Kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta' l-EPSO tas-7/02/2007 li l-informazzjoni u d-dokumenti relattivi għall-kompetizzjoni ma jiġux ikkomunikati lir-rikorrent, u min-naħa l-oħra, talba għal kumpens għad-danni sostnuti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________