Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – La Rioja Alta vs UASI – Aldi Einkauf (VIÑA ALBERDI)

(Kawża T-489/13) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark Komunitarja verbali VIÑA ALBERDI – Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti VILLA ALBERTI – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 – Assenza ta’ koeżistenza ta’ trade marks – Probabbiltà ta’ konfużjoni”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: La Rioja Alta, SA (Haro, Spanja) (rappreżentant: F. Pérez Álvarez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG (Essen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1190/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Aldi Einkauf GmbH & Co. OHG u La Rioja Alta, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

La Rioja Alta, SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 282, 25.8.2014.