Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2015 – Navarra de Servicios y Tecnologías vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-487/13)1

[“Għajnuna mill-Istat – Televiżjoni diġitali – Għajnuna għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati fi Spanja – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna parzjalment kompatibbli u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern – Riżorsi tal-Istat – Attività ekonomika – Vantaġġ – Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri u distorsjoni tal-kompetizzjoni – Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali – Artikolu 107(3)(ċ) TFUE – Użu ħażin ta’ poter”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Navarra de Servicios y Tecnologías, SA (Pampelune, Spanja) (rappreżentant: A. Andérez González, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, B. Stromsky u P. Němečková, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta SES Astra (Betzdorf, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: F. González Díaz, F. Salerno u V. Romero Algarra, avukati)

SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2014/489/UE, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/10 (ex NN 36/10, ex CP 163/09)) implimentata mir-Renju ta’ Spanja għat-tnedija tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (’il barra minn Castilla-La Mancha) (ĠU L 217, p. 52).DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Navarra de Servicios y Tecnologías, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u minn SES Astra.

____________

1 ĠU C 313, 26.10.2013.