Language of document :

Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Mejju 2024 – Kudsi Alattar vs EUIPO – Medelhavet Gross (Chamain)

(Kawża T-259/24)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Tarek Kudsi Alattar (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: J. Gallego Jiménez, E. Sanz Valls, P. Bauzá Martínez u Y. Hernández Viñes, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Medelhavet Gross AB (Laholm, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea “Chamain” – Trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 329 240

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-27 ta’ Frar 2024 fil-Każijiet magħquda R 1258/2023-2 u R 1588/2023-2

Talbiet

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonferma d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell fil-Każ R 1258/2023-2;

tannulla parzjalment l-appell ippreżentat mill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem l-EUIPO fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ kanċellazzjoni fil-Każ R 1588/2023-2 u tikkonferma d-deċiżjoni kkontestata sa fejn it-trade mark inkwistjoni tibqa’ valida għall-prodotti li jaqgħu fi:

Klassi 5: ikel u sustanzi djetetiċi adattati għal skopijiet mediċi; supplimenti djetetiċi għall-bnedmin;

Klassi 31: ħxejjex aromatiċi li jikbru fil-ġonna (friski);

tikkundanna lill-EUIPO (u jekk tintervjeni, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell) għall-ispejjeż tagħha stess u għal dawk tar-rikorrent.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

____________