Language of document :

Rikors ippreżentat fis-7 ta' Mejju 2007 - Lange Uhren vs L-UASI (Trade mark figurattiva li tirrappreżenta arloġġ ta' l-idejn)

(Kawża T-152/07)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lange Uhren GmbH (Glashütte, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schaeffer, Rechtsanwalt)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tal-15 ta' Frar 2007 fil-każ R 1176/2005-1

tiddikjara li d-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/941 ma jipprekludux il-publikazzjoni tat-trade mark Komunitarja li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni taħt in-Nru 2542694 għall-prodotti fil-klassi 14 ("arloġġi ta' l-idejn lussużi u strumenti kronometriċi; uċuħ ta' l-arloġġi ta' l-idejn lussużi")

sussidjarjament, tiddikjara li t-trade mark Komunitarja li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni taħt in-Nru 2542694 saret distintiva fir-rigward tal-prodotti fil-klassi 14 minħabba l-użu li sar minnha, skond l-Artikolu 7(3) tar-Regolament 40/94;

tordna li l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern ibati l-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata : Trade mark figurattiva li tirrappreżenta arloġġ ta' l-idejn għal prodotti fil-klassi 14 (reġistrazzjoni Nru 2542694)

Deċiżjoni ta' l-eżaminatur: Applikazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: Appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur ta' l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 40/94, peress li t-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni mhijiex nieqsa mill-karattru distintiv meħtieġ;

Ksur ta' l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94, peress li, minħabba li ġie deċiż bi żball li t-trade mark li għaliha ntalbet ir-reġistrazzjoni ma saritx distintiva permezz ta' l-użu.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 ta' l-20 ta' Diċembru 1993 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994 L 11, p.1).