Language of document :

Rikors ippreżentat fit-8 ta' Mejju 2007 - ThyssenKrupp Liften vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/07)

Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: ThyssenKrupp Liften BV (Krimpen aan den IJssel, l-Olanda) (rappreżentanti: O.W. Brouwer u A.C.E. Stoffer, Avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

Talbiet tar-rikorrenti

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti tal-Prim'Istanza jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, safejn din tirrigwardaha;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007)512 finali (każ COMP/E-1/38.823 - PO/Elevators and Escalators).

In sostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni l-istess motivi mressqa fil-kawża T-144/07, ThyssenKrupp Liften Ascenseurs vs Il-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 1/2003 1, u l-Linji ta' gwida għall-kalkolu tal-multi bbażati fuqu2, kif ukoll il-priniċpju ta' proporzionalità u l-prinċipju ta' trattament ugwali, billi żiedet l-ammont inizjali tal-multa b'fattur dissważiv ta' 100%. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-Kummissjoni applikat żieda fil-multa ta' 50% minħabba reċidività, bi ksur ta' l-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1/2003 u tal-Linji ta' gwida għall-kalkolu tal-multi.

____________

1 - Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta' Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, p. 1).

2 - Avviż tal-Kummissjoni - Linji ta' gwida dwar il-metodi tal-kalkoli tal-multi mposti skond l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Nru 17 u l-Artikolu 65(5) tat-Trattat KEFA (ĠU 1998 C 9, p. 3).