Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-10 ta' Diċembru 2009 - Cofac vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/07)1

("FSE - Tnaqqis ta' għajnuna finanzjarja - Skemi ta' taħriġ - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ")

Lingwa tal-kawża: Il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofac - Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: L. Gomes, J. Ortigão u C. Peixoto, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u A. Steiblytė, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D(2005) 13066, tat-3 ta' Ġunju 2005, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C(88) 0831, tad-29 ta' April 1988, għal skemi ta' taħriġ (fajl 880707 P1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Cofac - Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 155, 7.7.2007.