Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-14 ta' Settembru 2009 - Lange Uhren vs UASI (Arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta' arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-152/07)1

["Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark figurattiva - Arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta' arloġġ tal-idejn - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta' karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 [li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009] - Nuqqas ta' karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009)"]

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lange Uhren GmbH (Glashütte, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Schaeffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Kicia, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta' Frar 2007 (Każ R 1176/2005-1) dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja ta' sinjal figurattiv li jirrappreżenta arranġamenti ġeometriċi fuq il-wiċċ ta' arloġġ tal-idejn.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Lange Uhren GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 155, 7.7.2007.