Language of document : ECLI:EU:T:2009:489





Sentenza tal‑Qorti Ġenerali (Il‑Ħames Awla) tal‑10 ta’ Diċembru 2009 – Cofac vs Il‑Kummissjoni

(Kawża T‑158/07)

“FSE – Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja – Miżuri ta’ taħriġ – Drittijiet tad-difiża – Dritt għal smigħ”

Politika soċjali - Fond Soċjali Ewropew - Għajnuna għall-finanzjament ta’ miżuri ta’ taħriġ professjonali - Deċiżjoni li titnaqqas l-għajnuna inizjalment mogħtija - Drittijiet tad-difiża tal-benefiċjarji - Portata (ara l-punti 35-37, 39, 54)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni D (2005) 13066, tat-3 ta’ Ġunju 2005, li tnaqqas l-ammont tal-għajnuna tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni C (88) 0831, tad-29 ta’ April 1988, għal miżuri ta’ taħriġ (Fajl 880707 P1)

 Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cofac – Cooperativa de Formação e Animação Cultural, CRL hija kkundannata għall-ispejjeż.