Language of document :

Rikors ippreżentat fid-19 ta' Awissu 2011 - Scandic Distilleries vs UASI - Bürgerbräu, August Röhm & Söhne (BÜRGER)

(Kawża T-460/11)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Scandic Distilleries SA (Bihor, ir-Rumanija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bürgerbräu, August Röhm & Söhne KG (Bad Reichenhall, il-Ġermanja)

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tirrevedi d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-25 ta' Mejju 2011 fil-Każ R 1962/2010-2 u tawtorizza r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark bħala trade mark Komunitarja fir-rigward tal-prodotti u servizzi kollha kkonċernati;

tordna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Scandic Distilleries S.A.

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva "BÜRGER ORIGINAL PREMIUM PILS TRADITIONAL BREWED QUALITY REGISTERED TRADEMARK SIEBENBURGEN", għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 32 u 35 - Applikazzjon għal trade mark Komunitarja Nru 8359663

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali "Bürgerbräu" bħala trade mark Komunitarja bin-Nru 1234061, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 21, 32 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ikkonstata b'mod żbaljat l-eżistenza ta' probabbiltà ta' konfużjoni

____________