Language of document : ECLI:EU:T:2013:414





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tat-12 ta’ Settembru 2013 —
Valeo Vision vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑457/11)

“Rikors għal annullament — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni fin-Nomenklatura Magħquda — Intestatura tariffarja — Nuqqas ta’ effett individwali — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment — Regolament ta’ klassifikazzjoni tariffarja — Effett individwali fuq ir-rikorrent — Kriterji (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 603/2011) (ara l-punti 39-44)

2.                     Rikors għal annullament — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Kunċett ta’ att regolatorju fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Kull att ta’ portata ġenerali bl-eċċezzjoni tal-atti leġiżlattivi — Regolament ta’ klassifikazzjoni tariffarja — Inklużjoni — Att li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni tat-Trattat (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE u Artikolu 289(1) sa (3) TFUE; Regolament tal-Kummissjoni Nru 603/2011) (ara l-punti 57, 72-75)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 603/2011, tal‑20 ta’ Ġunju 2011, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (ĠU L 163, p. 10).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Valeo Vision hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.