Language of document : ECLI:EU:T:2013:545





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T‑461/13 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha kif ukoll l-annullament tal-ħlasijiet fis-seħħ — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ fumus boni juris u ta’ urġenza”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Natura kumulattiva — Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni — Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 13-15)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Fumus boni juris — Eżami prima facie tal-motivi invokati insostenn tar-rikors prinċipali — Rikors kontra deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Motiv li jirrigwarda l-eżistenza ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali li jostakolaw l-irkupru tal-għajnuna — Motiv li prima facie ma huwiex infondat (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 17, 24, 25)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Rikors — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni tal-motivi li jiġġustifikaw, prima facie, l-għoti tal-miżuri mitluba (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2) u (3)) (ara l-punt 20)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Oneru tal-prova — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Irkupru li jista’ jikkomprometti t-twettiq ta’ missjonijiet statali u jipprovoka tfixkil tal-ordni pubbliku fi Stat Membru — Inklużjoni — Assenza ta’ indikazzjonijiet konkreti u preċiżi, sostnuti bi provi dokumentali ddettaljati — Nuqqas ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; Artikolu 104(2)) (ara l-punti 32, 34-39, 42, 49)

5.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Miżuri provviżorji — Kundizzjonijiet għall-għoti — Dannu gravi u irreparabbli — Dannu li jista’ jiġi invokat minn Stat Membru (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE) (ara l-punt 33)

6.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni indirizzata lill-Istat Membru u mhux lill-benefiċjarji — Teħid inkunsiderazzjoni tal-miżuri nazzjonali ta’ implementazzjoni — Miżuri mhux vinkolanti — Nuqqas ta’ fumus boni juris u ta’ urġenza (Artikolu 278 TFUE u r-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 43, 44, 50)

7.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kundizzjonijiet għall-għoti — Urġenza — Dannu gravi u irreparabbli — Deċiżjoni li tordna l-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat — Eżistenza quddiem il-qorti nazzjonali ta’ rimedji kontra l-miżuri nazzjonali ta’ eżekuzzjoni — Setgħa tal-qorti tal-Unjoni li tieħu inkunsiderazzjoni tali rimedji fil-kuntest tal-evalwazzjoni fuq il-mertu tat-talba għal miżuri provviżorji — Assenza ta’ natura irreparabbli (Artikolu 278 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 45-48)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 3204 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28599 (C 23/2010) (ex NN 36/2010, ex CP 163/2009) mogħtija mir-Renju ta’ Spanja għall-iżvilupp tat-televiżjoni diġitali terrestri f’żoni remoti u inqas urbanizzati (ħlief f’Castilla-La Mancha).

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.