Language of document :





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Marzu 2011 – Campailla vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-429/09)

“Rikors għad-danni – Terminu ta’ preskrizzjoni – Artikolu 46 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja – Inammissibbiltà”

1.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Bidu tad-dekorrenza - Responsabbiltà għal att individwali - Data li fiha jidhru l-effetti dannużi tal-att - Rifjut mill-Kummissjoni sabiex tintervjeni f’kontroversja li tirrigwarda l-ħlas ta’ dejn ta’ Stat terz fir-rigward ta’ ċittadin Komunitarju skont il-Ftehim ta’ Cotonou - Terminu li jibda jiddekorri mill-mument meta jsir id-dannu li jseħħ fil-mument tal-imsemmi rifjut - Teħid inkunsiderazzjoni tal-evalwazzjoni suġġettiva tar-realtà tad-dannu - Inammissibbiltà - Inammissibbiltà minħabba preskrizzjoni (Artikoli 235 KE u 288(2) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikoli 46 u 53) (ara l-punti 41, 42, 52, 62, 67)

2.                     Rikors għad-danni - Terminu ta’ preskrizzjoni - Interruzzjoni - Kundizzjonijiet - Preżentata ta’ rikors quddiem il-Qorti Komunitarja jew tressiq ta’ talba preċedenti indirizzata lill-istituzzjoni kompetenti - Kunċett ta’ rikors għal dan il-għan - Rikors għal annullament - Esklużjoni (Artikoli 288(2) KE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 46) (ara l-punti 43, 63, 65, 67)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż għal kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba r-rifjut tal-Kummissjoni li tintervjeni f’kontroversja bejn ir-rikorrent u l-Istat tal-Kamerun.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Massimo Campailla għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.