Language of document :

Rikors ippreżentat fit-22 ta' Ottubru 2009 - centrotherm Clean Solutions vs UASI - Centrotherm Systemtechnik (CENTROTHERM)

(Kawża T-427/09)

Lingwa tar-rikors: Il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: centrotherm Clean Solutions GmbH & Co. KG (Blaubeuren, il-Ġermanja) (rappreżentant: O. Löffel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Centrotherm Systemtechnik GmbH (Brilon, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta' Awwissu 2009, fil-Każ R 6/2008-4, safejn tiġi miċħuda t-talba għal revoka għall-prodotti li ġejjin:

Klassi 11 - Tubi għall-gass tal-impjanti tat-tisħin, pajpijiet taċ-ċmieni, pajpijiet għal kaldaruni tat-tisħin, aċċessorji għall-berner tal-gass, partijiet mekkaniċi tal-impjanti ta' tisħin, partijiet mekkaniċi tal-impjanti tal-gass, viti għal pajpijiet; reġistru taċ-ċmieni;

Klassi 17 - Ġonot, ġonġituri, rinforz għal pajpijiet, pajpijiet flessibbli, u l-prodotti mhux magħmula mill-metall li mhumiex imsemmija iktar 'il fuq;

Klasi 19 - Pajpijiet, tubi, b'mod partikolari għal kostruzzjoni; pajpijiet ta' konnessjoni; kanen taċ-ċmieni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta' invalidità: it-trade mark verbali "CENTROTHERM" għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11, 17, 19 u 42 (Trade mark Komunitarja Nru 1 301 013)

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Centrotherm Systemtechnik GmbH

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta' invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellament: dikjarazzjoni ta' revoka tat-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni anullata parzjalment u dikjarazzjoni parzjali ta' revoka tat-trade mark Komunitarja

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 1, flimkien mar-Regola 40(5) u r-Regola 22(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 2, peress li l-provi mressqa fir-rigward tal-użu tat-trade mark mill-proprjetarju kienu suffiċjenti sabiex jiġi kkonstatat l-użu effettiv tat-trade mark inkwistjoni, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 207/2009

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta' Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1)

2 - Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95, tat-13 ta' Diċembru 1995, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94 dwar it-trade mark tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali: Kapitolu 17, Volum 01, p. 189)