Language of document : ECLI:EU:T:2010:456





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) tat-28 ta’ Ottubru 2010 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/07)

“FAEGG – Taqsima ‘Garanzija’ – Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju – Għajnuna għall-produzzjoni intiża għall-ipproċessar tat-tadam – Kontrolli għall-għarrieda matul il-perijodi adegwati – Proporzjonalità”

1.                     Agrikoltura - FAEGG - Clearance tal-kontijiet - Rifjut ta’ teħid ta’ responsabbiltà għal spejjeż li jirriżultaw minn irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Komunitarja - Kontestazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat - Oneru tal-prova - Tqassim bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru (Regolament tal-Kunsill Nru 729/70) (ara l-punti 36-39)

2.                     Agrikoltura - FAEGG - Għoti ta’ għajnuna u ta’ primjums - Obbligu tal-Istati Membri li jwaqqfu sistema effikaċi ta’ kontrolli amministrattivi u ta’ kontrolli fuq il-post - Kontrolli għall-għarrieda matul il-perijodi adegwati - Kunċett - Rekwiżit ta’ nuqqas ta’ għarfien qabel it-twettiq ta’ kontroll jew tal-improbabbiltà tiegħu matul perijodu determinat minn qabel (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1535/2003, Artikoli 28 u 31) (ara l-punti 64, 65)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Regolamenti - Regolament li jippreskrivi miżuri speċifiċi ta’ kontroll - Nuqqas ta’ setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Ġustifikazzjoni - Effikaċja aħjar ta’ sistema oħra ta’ kontroll - Inammissibbiltà (Regolament tal-Kummissjoni Nru 1535/2003) (ara l-punti 70, 101)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/243/KE, tat-18 ta’ April 2007, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju xi spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima “Garanzija” tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 106, p. 55)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.