Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta' Ottubru 2010 - Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-227/07) 1

"FAEGG - Taqsima 'Garanzija' - Spejjeż esklużi mill-finanzjament Komunitarju - Għajnuna għall-produzzjoni intiża għall-ipproċessar tat-tadam - Kontrolli għall-għarrieda matul il-perijodi adegwati - Proporzjonalità"

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta' Spanja (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, abogado del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Europea (rappreżentanti: inizjalment T. van Rijn, sussegwentement F. Jimeno Fernández, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2007) 1663 finali tat-18 ta' April 2007 li teskludi mill-finanzjament Komunitarju xi spejjeż magħmula mill-Istati Membri taħt it-Taqsima "Garanzija'" tal-Fond Agrikolu Ewropew ta' Gwida u Garanzija (FAEGG) (ĠU L 106, p. 55).

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ir-Renju ta' Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 211, 8.9.2007.