Language of document :

Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Zehnder Group International AG vs UASI – Stiebel Eltron (comfotherm)

(Kawża T-267/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Group International AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG (Holzminden, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-21 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1318/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “comfotherm” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 – trade mark Komunitarja Nru 8 859 472Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrentiParti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Stiebel Eltron GmbH & Co. KGMotivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark verbali “KOMFOTHERM” għal prodotti fil-klassi 11Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħaDeċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħudMotivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata ma għaddietx mit-test tal-konstatazzjoni ta’ xebh tal-prodotti.