Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Frar 2016 – Kühne + Nagel International et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-254/12) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Servizzi ta’ trasport bl-ajru internazzjonali – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Sovrataxxa u mekkaniżmi ta’ tarifikazzjoni li għandhom effett fuq il-prezz finali – Effett fuq il-kummċer bejn Stat Membri – Żbalji ta’ evalwazzjoni – Tul tal-ksur – Ammont tal-multa – Paragrafu 13 tal-Linji Gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Valur tal-bejgħ – Ċirkustanzi attenwanti – Proporzjonalità – Drittijiet tad-difiża”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kühne + Nagel International AG (Feusisberg, l-Isvizzera), Kühne + Nagel Management AG (Feusisberg), Kühne + Nagel Ltd (Uxbridge, ir-Renju Unit), Kühne + Nagel Ltd (Shanghai, iċ-Ċina), u Kühne + Nagel Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentanti: U. Denzel, C. Klöppner u C. von Köckritz, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment C. Hödlmayr, N. von Lingen u G. Meessen, sussegwentement C. Hödlmayr, G. Meessen u A. Dawes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 1959 finali, tat-28 ta’ Marzu 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 [TFUE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39462 –Tranżitu), sa fejn hija tirrigwarda lir-rikorrenti u, sussidjarjament, titlob sabiex jiġu aġġustati l-multi li ġew imposti fuqhom fil-kuntest ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Kühne + Nagel International AG, Kühne + Nagel Management AG, Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Uxbridge), Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Shanghai), u Kühne + Nagel Ltd (stabbilita f’Ħong Kong) huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1 ĠU C 227, 28.7.2012.