Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2021 – Solar Electric et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-678/20) 1

(“Għajnuna mill-istat – Suq tal-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli, inkluża l-enerġija fotovoltajka – Obbligu mil-liġi Franċiża ta’ xiri tal-elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq – Ċaħda ta’ lment – Artikolu 12(1) u Artikolu 24(2) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Kamp ta’ applikazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Solar Electric Holding (Lamentin, Franza), Solar Electric Guyane (Lamentin), Solar Electric Martinique (Lamentin), Société de production d’énergies renouvelables (Lamentin) (rappreżentant: S. Manna, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u A. Bouchagiar, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta’ Settembru 2020 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti tal-20 ta’ Ġunju 2020 dwar għajnuna mill-Istat illegali għall-installazzjonijiet fotovoltajċi tar-rikorrenti.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Solar Electric Holding, Solar Electric Guyane, Solar Electric Martinique u Société de production d’énergies renouvelables huma kkundannati għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 44, 8.2.2021.