Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali 12 ta’ Marzu 2014 – El Corte Inglés vs UASI – Technisynthese (BTS)

(Kawża T-592/10) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BTS – Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti TBS – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. López Camba u J. L. Rivas Zurdo, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Technisynthese SARL (Saint-Pierre-Montlimart, Franza)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Settembru 2010 (Każ R 1380/2009-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Technisynthese SARL u El Corte Inglés, SA.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 80, 12.03.2011.