Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tal-15 ta' Mejju 2007 - Black & Decker vs L-UASI - Atlas Copco (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta' biċċa għodda li taħdem bl-elettriku safra u sewda)

(Kawżi magħquda T-239/05, T-240/05, T-245/05 sa T-247/05, T-255/05, T-274/05 sa T-280/05)1

("Trade mark Komunitarja - Proċedura ta' oppożizzjoni - Terminu tal-proċedura ta' oppożizzjoni - Trażmissjoni permezz tat-telefax - Ammissibbiltà - Indikazzjoni ċara tat-trade mark preċedenti - Regola 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95 ")

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Black & Decker Corporation (Towson, Maryland, L-Istati Uniti ta' l- Amerika) (rappreżentanti: H. Carr, QC, u P.Harris, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord ta' l-Appell ta' l-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti tal-Prim'Istanza: Atlas Copco AB (Stokkolma, L-Iżvezja) (rappreżentanti: R.Meade, barrister, u M.Gilbert, solicitor)

Suġġett tal-kawża

Tlettax-il rikors ippreżentat, rispettivament, kontra d-Deċiżjonijiet ta' l-Ewwel Bord ta' l-Appell ta' l-UASI tad-19 ta' April (R 727/2004-1, R 729/2004-1, R 723/2004-1, R 730/2004-1 u R 724/2004-1), tas-27 ta' April (R 722/2004-1) u tat-3 ta' Mejju 2005 (R 788/2004-1, R 789/2004-1, R 790/2004-1, R 791/2004-1, R 792/2004-1, R 793/2004-1 u R 794/2004-1), relattivi għal proċeduri ta' oppożizzjoni bejn Atlas Copco AB u The Black & Decker Corporation.

Dispożittiv tas-sentenza

Ir-rikorsi huma miċħuda.

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 205 ta' l-20.8.2005.