Language of document : ECLI:EU:T:2007:138





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Mejju 2007 – Black & Decker vs UASI – Atlas Copco (Rappreżentazzjoni tridimensjonali ta’ biċċa għodda li taħdem bl-elettriku safra u sewda et)

(Kawżi magħquda T-239/05, T-240/05, T-245/05 sa T-247/05, T-255/05, T-274/05 sa T-280/05)

“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Terminu tal-proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Trażmissjoni permezz ta’ faks – Ammissibbiltà – Indikazzjoni ċara tat-trade mark preċedenti – Regola 18(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95”

1.                     Trade mark Komunitarja - Proċedimenti quddiem id-dipartimenti ta’ l-Uffiċċju - Trażmissjoni ta’ komunikazzjonijiet lill-Uffiċċju (Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1; Regola 80(2)) (ara l-punti 59-64)

2.                     Trade mark Komunitarja - Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni - Eżami ta’ l-oppożizzjoni - Obbligu għall-parti li tkun qiegħdha topponi li tindika b’mod ċar it-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 40/94, Artikolu 42(1); Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95, Artikolu 1; Regola 18(1)) (ara l-punt 102)

Suġġett

Tlettax-il rikors ippreżentati, rispettivament, kontra d-Deċiżjonijiet ta’ l-Ewwel Bord ta’ l-Appell ta’ l-UASI tad-19 ta’ April (R 727/2004-1, R 729/2004-1, R 723/2004-1, R 730/2004-1 u R 724/2004-1), tas-27 ta’ April (R 722/2004-1) u tat-3 ta’ Mejju 2005 (R 788/2004-1, R 789/2004-1, R 790/2004-1, R 791/2004-1, R 792/2004-1, R 793/2004-1 u R 794/2004-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Atlas Copco AB u The Black & Decker Corporation.

Informazzjoni dwar il-kawża

L-applikant għat-trade mark Komunitarja:

The Black & Decker Corporation

It-trade mark Komunitarja kkonċernata:

It-trade marks figurattivi tal-kuluri isfar u iswed li jirrappreżentaw għodod li jaħdmu bl-elettriku, rappreżentazzjonijiet tridimensjonali ta’ żewġ għodod li jaħdmu bl-elettriku sofor u suwed u rappreżentazzjoni tat-tqegħid fejn xulxin taż-żewġ kuluri isfar u iswed, għal prodotti tal-klassi 7

Il-proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

Atlas Copco AB

It-trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta’ l-oppożizzjoni:

It-trade marks u sinjali mhux irreġistrati, użati fil-kummerċ fl-Istati Membri kollha biex jindikaw għodod li jaħdmu bl-elettriku

Id-deċiżjoni tad-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni:

Ċaħda ta’ l-oppożizzjonijiet bħala inammissibli

Id-deċiżjoni tal-Bord ta’ l-Appell:

Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati u rinviju tal-kawżi lid-Diviżjoni ta’ l-Oppożizzjoni għal prosekuzzjoni ulterjuri


Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.