Language of document : ECLI:EU:T:2009:109





Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (It-Tmien Awla) tat-22 ta’ April 2009 – CESD‑Communautaire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/05)

“Kuntratti pubbliċi – Dikjarazzjoni ta’ nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni – Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 – Rikors għal annullament – Żball ta’ liġi – Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Abbuż ta’ poter – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Motivazzjoni – Drittijiet tad-difiża”

1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Interess ġuridiku (Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 230 KE) (ara l-punti 66-73)

2.                     Rikors għal annullament - Motivi - Abbuż ta’ poter - Kunċett (Artikolu 230 KE) (ara l-punt 84)

3.                     Atti tal-istituzzjonijiet - Motivazzjoni - Obbligu - Portata - Motiv ibbażat fuq in-nuqqas jew l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni – Motiv ibbażat fuq l-ineżattezza tal-motivazzjoni - Distinzjoni (Artikolu 253 KE) (ara l-punti 110, 111)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Mejju 2005, li biha l-Kummissjoni informat lir-rikorrent li hija ħadet id-deċiżjoni li tikkonstata, fir-rigward ta’ bosta kuntratti msemmija, nuqqas serju ta’ eżekuzzjoni, skont l-Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p.1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Is-Centre européen pour la statistique et le développement ASBL (CESD-Communautaire) huwa kkundannat għall-ispejjeż.