Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-22 ta' April 2009 - CESD-Communautaire vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/05)1

("Kuntratti pubbliċi - Dikjarazzjoni ta' ksur serju tal-obbligi kuntrattwali - Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament (KE, EURATOM) Nru 1605/25 - Rikors għal annullament - Żball ta' liġi - Kompetenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Abbuż ta' poter - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ċentru Ewropew għall-Istatistika u l-Iżvilupp ASBL (CESD-Communautaire) (Lussemburgu, il-Lussemburgu) CESD-Communautaire (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: D. Grisay u D. Piccininno, avocats)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: F. Dintilhac u G. Wilms, agenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni tat-18 ta' Mejju 2005, li biha l-Kummissjoni informat lir-rikorrent li hija ħadet id-deċiżjoni li tikkonstata, fir-rigward tal-bosta kuntratti msemmija, ksur serju tal-obbligi kuntrattwali, skont l-Artikolu 93(1)(f) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta' Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 248, p.1)

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Istatistika u l-Iżvilupp ASBL (CESD-Communautaire) huwa kkundannat għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 229, 17.9.2005.