Language of document : ECLI:EU:T:2011:96





Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Marzu 2011 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09 R)

“Proċeduri għal miżuri provviżorji – Awtorizzazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat għar-ristrutturazzjoni ta’ bank – Għeluq ta’ fergħa bħala kumpens – Urġenza – Ibbilanċjar tal-interessi”

1.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Fumus boni juris - Urġenza - Natura kumulattiva - Ordni ta’ eżami u metodu ta’ verifika - Setgħa diskrezzjonali tal-Imħallef għal miżuri provviżorji (Artikoli 256(1) TFUE, 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 29-31)

2.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti (Arikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punti 44-46)

3.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Miżuri provviżorji - Kundizzjonijiet għall-għoti - Dannu gravi u irreparabbli - Ksur permezz tal-att ikkontestat ta’ norma legali superjuri - Kundizzjoni mhux sodisfatta awtomatikament - Oneru tal-prova (Artikoli 278 TFUE u 279 TFUE; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 104(2)) (ara l-punt 48)

4.                     Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kundizzjonijiet għall-għoti - Ibbilanċjar tal-interessi kollha inkwistjoni – Kunċett (Artikolu 278 TFUE) (ara l-punt 69)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tal-Artikolu 2(1), moqri flimkien mal-punti 5.4, 5.7 u 6.7 tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 3900 finali, tat-12 ta’ Mejju 2009, fil-Każ C 43/2008 (ex N 390/2008) dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja għandha l-intenzjoni tagħti favur ir-ristrutturazzjoni ta’ WestLB AG, deċiżjoni li għandha tinqara flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 9525 finali, tal-21 ta’ Diċembru 2010, fil-każijiet ta’ għajnuna mill-Istat MC 8/2009 u C 43/2009 – il-Ġermanja – West LB, sa fejn minn dan l-artikolu jirriżulta li l-operazzjonijiet ġodda ta’ Westdeutsche ImmobilienBank AG għandhom jitwaqqfu wara l-15 ta’ Frar 2011.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-31 ta’ Jannar 2011, Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni (T-457/09 R), huwa rrevokat.

3)

It-talbiet għal intervent ta’ Westdeutsche ImmobilienBank AG, ta’ Landschaftsverband Westfalen-Lippe, ta’ Landschaftsverband Rheinland, ta’ WestLB, tal-Land Nordrhein-Westfalen u ta’ Rheinischer Sparkassen- und Giroverband tilfu l-iskop tagħhom.

4)

L-ispejjeż huma rriżervati.