Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-457/09) 1

[“Għajnuna mill-Istat – Ristrutturazzjoni ta’ WestLB – Għajnuna maħsuba sabiex jiġi rrimedjat taqlib serju fl-ekonomija ta’ Stat Membru – Artikolu 87(3)(b) KE – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni taħt ċerti kundizzjonijiet – Rikors għal annullament – Interess individwali – Interess ġuridiku – Ammissibbiltà – Kolleġjalità – Obbligu ta’ motivazzjoni – Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà – Proporzjonalità – Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni – Artikolu 295 KE – Artikolu 7(4) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Rosenfeld u I. Liebach, sussegwentement minn A. Rosenfeld u O. Corzilius, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn L. Flynn, K. Gross u B. Martenczuk, sussegwentement minn L. Flynn, B. Martenczuk u T. Maxian Rusche, aġenti)SuġġettTalba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/971/KE, tat-12 ta’ Mejju 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat li l-Ġermanja qed tipproponi li tagħti għar-ristrutturar ta’ WestLB AG (C 43/08 (eks N 390/08)) (ĠU L 345, p. 1).DispożittivIt-talba ppreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, hija miċħuda.Ir-rikors huwa miċħud.Westfälisch-Lippischer Sparkassen- und Giroverband għandu jbati l-ispejjeż tieħhu stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni, inklużi

dawk dwa

r l-proċeduri għal miżuri provviżorji.