Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2023 – WU vs Eurojust
(Kawża T-1176/23)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: WU (rappreżentant: N. de Montigny, avukata)
Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Frar 2023 u d-deċiżjoni tal-14 ta’ Settembru 2023;
tikkundanna lill-konvenuta tħallas kumpens ta’ EUR 60 000 lir-rikorrent;
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu kontra d-Deċiżjoni 2023-03 ta’ Eurojust tal-14 ta’ Frar 2023, li tagħlaq mingħajr ma jittieħdu passi l-investigazzjoni amministrattiva u li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent, dan tal-aħħar jinvoka tliet motivi.
L-ewwel motiv huwa bbażat, minn naħa, fuq kunflitt ta’ interess min-naħa tar-rappreżentant ta’ Eurojust fil-kuntest tal-kwistjoni ineżami u, min-naħa l-oħra, fuq ksur tal-prinċipju ta’ imparzjalità oġġettiva.
It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-eżistenza ta’ diversi irregolaritajiet proċedurali.
It-tielet motiv huwa bbażat fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tal-kunċett ta’ fastidju fil-konklużjoni li kull wieħed mill-aġir stabbiliti permezz tal-investigazzjoni amministrattiva kien ta’ natura xierqa, ġustifikata u leġittima.
____________