Language of document :

Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Jannar 2014 – Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen vs UASI (Lembergerland)

(Kawża T-55/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG (Vaihingen an der Enz, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Steffan, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, rigward l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 134 947;

rigward id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell, tal-14 ta’ Novembru 2013, R 566/2013-1, tobbliga lill-konvenut jirreġistra t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Lembergerland” għal prodotti fil-klassi 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 134 947

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.