Language of document :

Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Jannar 2014 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (DURU)

(Kawża T-56/14)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Megusta Trading GmbH (Zürich, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-6 Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1861/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad għal prodotti fil-klassi 3 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 185 148

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: trade marks nazzjonali Nri 225 515, 192 722, 29 149, 31 665 u reġistrazzjoni internazzjonali Nru 802 256 għal prodotti fil-klassi 3

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja