Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Evyap vs UASI – Megusta Trading (nuru)

(Kawża T-56/14) 1

(“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta linja mmewwġa – Trade marks nazzjonali u internazzjonali verbali u figurattivi preċedenti DURU – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. (Istanbul, it-Turkija) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Megusta Trading GmbH (Zürich, l-Iżvizzera) SuġġettRikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1861/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. u Megusta Trading GmbH.DispożittivIr-rikors huwa miċħud.Evyap Sabun Yağ Gliserin Sanayi ve Ticaret A.Ş. hija kkundannata għall-ispejjeż.