Language of document : ECLI:EU:T:2015:486

Kawża T‑55/14

Genossenschaftskellerei Rosswag-Mühlhausen eG

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Lembergerland — Raġuni assoluta għal rifjut — Trade mark għal inbid li tinkludi indikazzjonijiet ġeografiċi — Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks ta’ nbejjed u ta’ spirti li jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjonijiet ġeografiċi sabiex jiġu identifikati l-inbejjed u l-ispirti li ma għandhomx din l-oriġini — Trade mark verbali Lembergerland

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(j))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks ta’ nbejjed u ta’ spirti li jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjonijiet ġeografiċi sabiex jiġu identifikati l-inbejjed u l-ispirti li ma għandhomx din l-oriġini ‑.Kundizzjonijiet

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(j))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Trade marks ta’ nbejjed u ta’ spirti li jinkludu jew jikkonsistu f’indikazzjonijiet ġeografiċi sabiex jiġu identifikati l-inbejjed u l-ispirti li ma għandhomx din l-oriġini — Natura qarrieqa — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ effett

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 7(1)(j))

1.      B’kunflitt mar-raġuni assoluta għal rifjut ta’ reġistrazzjoni, skont l-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja, is-sinjal verbali Lembergerland, li r-reġistrazzjoni bħala trade mark Komunitarja qed tintalab għal “Xarbiet alkoħoliċi (minbarra birer)” fil-klassi 33 tal-Ftehim ta’ Nice, minħabba l-eżistenza tal-indikazzjoni ġeografika protetta Lemberg.

Fl-ewwel lok, Lemberg hija indikazzjoni ġeografika protetta fit-territorju tal-Unjoni għall-inbejjed li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel taħt il-Ftehim bejn il-Komunità u r-Repubblika tal-Afrika t’Isfel. Il-fatt li din id-denominazzjoni tirreferi għal “estate” (stabbiliment ta’ dwieli għall-inbid) u mhux għal reġjun, komun jew distrett ma jikkontestax il-fatt li huma protetti b’mod espliċitu bħala indikazzjoni ġeografika taħt dan il-ftehim.

Fit-tieni lok, it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni, Lembergerland, hija kkostitwita minn jew tinkludi l-indikazzjoni ġeografika Lemberg, protetta taħt l-imsemmi ftehim għall-inbejjed li għandhom din il-provenjenza, u l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni jinkludu l-inbid, anki jekk ir-rikorrenti ma ssostnix li dan joriġina minn Lemberg.

(ara l-punti 16, 29)

2.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 22)

3.      Ir-raġuni assoluta għal rifjut prevista mill-Artikolu 7(1)(j) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja tapplika mingħajr il-ħtieġa ta’ jekk it-trade mark li għaliha qed tintalab ir-reġistrazzjoni jew le tqarraq il-pubbliku jew jekk hija timplikax probabbiltà ta’ konfużjoni għaliha rigward l-oriġini tal-prodott.

(ara l-punt 26)