Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2018 – Stührk Delikatessen Import vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-58/14) 1

(“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Iffissar tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ksur uniku u kontinwu – Multi – Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ċirkustanzi attenwanti – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul totali – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni”)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Stührk Delikatessen Import GmbH & Co. KG (Marne, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sparr, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Leupold, F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

Il-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), huwa annullat.

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż ta’ Stührk Delikatessen Import GmbH & Co. KG.

Stührk Delikatessen Import għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.

____________

1     ĠU C 129, 28.4.2014.