Language of document : ECLI:EU:T:2018:474





Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat13 ta’ Lulju 2018 –
Stührk Delikatessen Import vs IlKummissjoni

(Kawża T58/14)

“Kompetizzjoni – Akkordji – Suq Belġjan, Ġermaniż, Franċiż u Olandiż tal-gambli mill-Baħar tat-Tramuntana – Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE – Iffissar tal-prezzijiet u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva – Ksur uniku u kontinwu – Multi – Prinċipju ta’ nullum crimen, nulla poena sine lege – Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal‑2006 – Ċirkustanzi attenwanti – Parteċipazzjoni sostanzjalment imnaqqsa – Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – Limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul totali – Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 – Paragrafu 37 tal-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal‑2006 – Ugwaljanza fit-trattament – Obbligu ta’ motivazzjoni”

1.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Prova tal-ksur u tat-tul tiegħu li għandha tiġi prodotta mill-Kummissjoni – Portata tal-oneru probatorju – Grad ta’ preċiżjoni mitlub mill-provi meqjusa mill-Kummissjoni – Sensiela ta’ indizzji – Preżunzjoni ta’ innoċenza – Applikabbiltà – Obbligi probatorji tal-impriżi li jikkontestaw ir-realtà tal-ksur – Stħarriġ ġudizzjarju – Portata

(Artikolu 101(1) TFUE; Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 48)

(ara l-punti 64 sa 79, 88)

2.      Akkordji – Effett ħażin fuq il-kompetizzjoni – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Koordinazzjoni u kooperazzjoni inkompatibbli mal-obbligu għal kull impriża li tiddetermina b’mod awtonomu l-aġir tagħha fis-suq – Skambju ta’ informazzjoni bejn kompetituri – Effett antikompetittiv – Preżunzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punt 104)

3.      Akkordji – Projbizzjoni – Ksur – Ftehimiet u prattiki miftiehma li jikkostitwixxu ksur uniku – Imputazzjoni ta’ responsabbiltà lil impriża għall-ksur kollu – Kundizzjonijiet

(Artikolu 101(1) TFUE)

(ara l-punti 117 sa 125, 129 sa 131, 137, 140)

4.      Kompetizzjoni – Proċedura amministrattiva – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata ksur – Użu ta’ dikjarazzjonijiet ta’ impriżi oħra li pparteċipaw fil-ksur bħala mezzi ta’ prova – Ammissibbiltà

(Artikolu 101(1) TFUE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punt 134)

5.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Setgħa diskrezzjonali tal-Kummissjoni – Stħarriġ ġudizzjarju – Ġurisdizzjoni sħiħa tal-qorti tal-Unjoni – Portata – Determinazzjoni tal-ammont tal-multa imposta – Kriterji ta’ evalwazzjoni – Gravità u tul tal-ksur – Rispett tal-prinċipji ta’ motivazzjoni, ta’ proporzjonalità, ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u ta’ ugwaljanza fit-trattament

(Artikoli 101(1) TFUE, 261 TFUE u 263 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(3) u 31)

(ara l-punti 156, 157, 180, 181, 194)

6.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità tal-ksur – Prinċipju ta’ individwalizzazzjoni tas-sanzjonijiet – Applikazzjoni għat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti jew aggravanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punti 184, 185)

7.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Impatt konkret fuq is-suq – Kriterju mhux determinanti

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikolu 23(2))

(ara l-punt 186)

8.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Kriterji – Gravità u tul tal-ksur – Elementi ta’ evalwazzjoni

(Artikolu 101 TFUE; Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2) u (3); Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punti 20 u 27)

(ara l-punti 190 sa 192)

9.      Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Iffissar tal-ammont bażiku – Determinazzjoni tal-valur tal-bejgħ – Fatturi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni – Osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

(Artikolu 101(1) TFUE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 18)

(ara l-punt 194)

10.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Aġġustament tal-ammont bażiku – Ċirkustanzi attenwanti – Aġir diverġenti minn dak miftiehem fl-akkordju li jimplika l-adozzjoni ta’ aġir kompetittiv fis-suq – Evalwazzjoni

(Artikolu 101(1) TFUE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 29)

(ara l-punti 212, 214, 215)

11.    Kompetizzjoni – Regoli tal-Unjoni – Ksur – Twettiq deliberat jew b’riżultat ta’ negliġenza – Kunċett

(Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004)

(ara l-punti 226, 227)

12.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ċirkustanzi attenwanti – Waqfien tal-ksur qabel l-intervent tal-Kummissjoni – Esklużjoni

(Avviż tal- Kummissjoni 2006/C 210/02, l-ewwel inċiż tal-punt 29)

(ara l-punt 231)

13.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Nuqqas ta’ impożizzjoni jew tnaqqis tal-multa inkambju għall-kooperazzjoni tal-impriża implikata – Neċessità li l-aġir ikun iffaċilita l-konstatazzjoni tal-ksur mill-Kummissjoni – Portata

(Artikolu 101(1) TFUE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02)

(ara l-punti 235, 237)

14.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Ammont massimu – Kalkolu – Distinzjoni bejn ammont finali u ammont intermedju tal-multa – Konsegwenzi

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(2))

(ara l-punti 268 sa 272)

15.    Kompetizzjoni – Multi – Ammont – Determinazzjoni – Linji gwida adottati mill-Kummissjoni – Possibbiltà għall-Kummissjoni li titbiegħed minnhom – Limiti – Osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament – Teħid inkunsiderazzjoni tal-karatteristiċi partikolari ta’ impriża fir-rigward, b’mod partikolari, tar-riskju li l-multa tkun sproporzjonata

(Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, Artikoli 23(2); Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, Artikoli 20 u 21; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02, punt 37)

(ara l-punti 277, 278, 291, 292)

16.    Kompetizzjoni – Multi – Deċiżjoni li timponi multi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Portata – Possibbiltà għall-Kummissjoni li titbiegħed mil-Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi – Rekwiziti ta’ motivazzjoni iktar stretti

(it-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE; Avviż tal-Kummissjoni 2006/C 210/02 punt 37)

(ara l-punti 310, 313 sa 317, 331)

17.    Rikors għal annullament – Motivi – Nuqqas jew insuffiċjenza ta’ motivazzjoni – Motiv li għandu jitqajjem ex officio

(Artikoli 263 TFUE, 266 TFUE u 296 TFUE)

(ara l-punt 312)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas‑27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), sa fejn din tirrigwarda lir-rikorrenti u għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuqha fil-kuntest tagħha.

Dispożittiv

1)

Il-punt c tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 8286 tas‑27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 – Gambli), huwa annullat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud;

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u nofs l-ispejjeż ta’ Stührk Delikatessen Import GmbH & Co. KG.

4)

Stührk Delikatessen Import għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha stess.