Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 – Mundipharma vs UASI– AFT Pharmaceuticals (Maxigesic)

(Kawża T-328/12) 1

[“Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Maxigesic – Trade mark Komunitarja verbali preċedenti OXYGESIC – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”]

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mundipharma GmbH (Limburg an der Lahn, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Nielsen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: AFT Pharmaceuticals Ltd (Takapuna, New Zealand) (rappreżentanti: M. Nentwig, L. Kouker u G. M. Becker, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1788/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Mundipharma GmbH u AFT Pharmaceuticals Ltd.

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

Mundipharma GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1     ĠU C 287, 22.9.2012.