Language of document : ECLI:EU:T:2015:262

Kawża T‑599/13

Cosmowell GmbH

vs

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trademark Komunitarja figurattiva GELENKGOLD — Trademark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Tibdil tal-karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Xebh bejn is-sinjali fil-livell fonetiku — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

Sommarju — Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015

1.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

2.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Trademark Komunitarja figurattiva GELENKGOLD — Trademark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta tigra

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

3.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn il-prodotti jew servizzi kkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

4.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Kriterji ta’ evalwazzjoni — Trade mark kumplessa

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

5.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti — Paragun tas-sinjali kkonċernati — Teħid inkunsiderazzjoni tal-forma tat-trade mark preċedenti kif użata mill-proprjetarju tagħha — Assenza

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikoli 15(1)(a) u 42(2))

6.      Trade mark Komunitarja — Osservazzjonijiet ta’ terzi u oppożizzjoni — Eżami tal-oppożizzjoni — Prova tal-użu mit-trade mark preċedenti — Rikors ippreżentat espressament u fil-ħin mill-applikant — Possibbiltà li r-rikors jiġi ppreżentat għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Esklużjoni

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 42(2) u (3))

7.      Trade mark Komunitarja — Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu — Xebh bejn it-trade marks ikkonċernati — Trademark Komunitarja figurattiva — Paragun fonetiku

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b))

8.      Trade mark Komunitarja — Proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Rikors quddiem il-qorti tal-Unjoni — Possibbiltà li l-Qorti Ġenerali tirriforma d-deċiżjoni kkontestata — Limiti

(Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 65(3))

1.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 21, 22, 28, 73, 74)

2.      Is-sinjal figurattiv li jirrappreżenta tigra u li jinkludi l-element verbali GELENKGOLD, li ntalbet ir-reġistrazzjoni tiegħu bħala trade mark Komunitarja għall-“Prodotti farmaċewtiċi u veterinarji; prodotti tad-dieta għal użu mediku; supplimenti nutrizzjonali; supplimenti alimentari għal użu mediku; supplimenti alimentari għal użu mhux mediku; supplimenti minerali” li jaqgħu fil-klassi 5 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice, u t-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta tigra, irreġistrata preċedentement għall-“Prodotti farmaċewtiċi; prodotti mediċi u mediċini għall-bnedmin; ġibs, faxex u materjal għall-infaxxar; ġibs mediku, faxex u materjal għall-infaxxar; diżinfettanti; prodotti għall-qerda ta’ annimali danneġġanti; funġiċidi; erbiċidi; insettiċidi” li jaqgħu fl-istess klassi, jippreżentaw livell dgħajjef ta’ xebh viżiv u livell medju ta’ xebh kunċettwali lill-pubbliku rilevanti, kif kompost kemm mill-pubbliku ġenerali kif ukoll minn speċjalisti fl-oqsma farmaċewtiċi, mediċi u veterinarji, li għandu livell miżjud ta’ attenzjoni, peress li l-prodotti koperti mit-trademarks f’kunflitt kellhom influwenza bejn wieħed u ieħor kunsiderevoli fuq is-saħħa tal-bniedem u tal-annimali domestiċi. Issa, fid-dawl tal-fatt li l-pubbliku rilevanti jagħmel riferiment għat-trademark li saret applikazzjoni għaliha billi jlissen l-element verbali tagħha “gelenkgold” filwaqt li, fir-rigward tat-trademark preċedenti, huwa jista’ jlissen biss il-kelma “tigra”, għandu jiġi konkluż li s-sinjali f’kunflitt huma differenti mill-perspettiva fonetika.

(ara l-punti 23, 65, 72)

3.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 25)

4.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punti 29, 48)

5.      Fil-prinċipju, l-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni għandha titwettaq abbażi ta’ paragun bejn it-trademark li tkun saret applikazzjoni għaliha kif deskritta fir-reġistru tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u t-trademark preċedenti kif irreġistrata. Din il-konklużjoni hija konformi mal-prinċipju li, jekk parti li tkun ippreżentat applikazzjoni għal trademark Komunitarja li tkun ġiet suġġetta għal proċedimenti ta’ oppożizzjoni abbażi ta’ trademark preċedenti tkun tal-opinjoni li din l-aħħar trademark intużat biss f’forma li tibdlilha l-karattru distintiv, hija tista’ titlob il-prova tal-użu ġenwin minn dik it-trademark preċedenti, b’mod konformi mal-Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009. Huwa fil-kuntest tal-eżami ta’ tali applikazzjoni li l-Uffiċċju jista’ jevalwa l-kwistjoni, prevista fl-Artikolu 5(1)(a) tal-imsemmi regolament, dwar jekk it-trademark preċedenti ġietx użata ġenwinament biss f’forma li hija differenti minn dik li fiha din tal-aħħar ġiet irreġistrata u li tibdlilha l-karattru distintiv tagħha. Jekk dan ikun il-każ, l-oppożizzjoni tiġi miċħuda, u dan, mingħajr ma tingħata deċiżjoni mill-Uffiċċju dwar l-eżistenza possibbli ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.

(ara l-punt 35, 36)

6.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 38, 39)

7.      Meta trademark purament figurattiva tirrappreżenta forma li l-pubbliku rilevanti faċilment jirrikonoxxi u jassoċja ma’ kelma preċiża u konkreta, huwa permezz ta’ din il-kelma li huwa jagħmel riferiment għall-imsemmija trademark, filwaqt li jekk trademark figurattiva tkun tinkludi wkoll element verbali, ikun fil-prinċipju bl-użu ta’ dan tal-aħħar li l-imsemmi pubbliku jagħmel riferiment għal din l-aħħar imsemmija trademark. Għalhekk, fir-rigward tal-paragun fonetiku bejn trademark purament figurattiva u trademark figurattiva li tinkludi wkoll element verbali, il-Bord tal-Appell ikkunsidra li, f’dan il-każ, kien impossibbli li s-sinjali f’kunflitt jiġu pparagunati fil-livell fonetiku.

(ara l-punti 53, 63, 64)

8.      Ara t-test tad-deċiżjoni.

(ara l-punt 80)