Language of document :

Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta' Ġunju 2011 - Ziegler SA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-199/08) 1

("Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tas-servizzi ta' ġarr internazzjonali fil-Belġju - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet - Tqassim tas-suq - Manipulazzjoni tas-sejħa għal offerti - Effett sinjifikanti fuq il-kummerċ - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-multi tal-2006")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ziegler SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-L. Lodomez u J. Lodomez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u O. Beynet, sussegwentement minn A. Bouquet u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 926 finali, tal-11 ta' Marzu 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.543 - Servizzi ta' ġarr internazzjonali), kif ukoll, sussidjarjament, l-annullament jew it-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    Ziegler SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.

____________

1 - ĠU C 183, 19.07.2008.