Language of document :

Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tad-9 ta' Settembru 2008 - MyTravel vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-212/03)1

(Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Komunità - Kompetizzjoni - Deċiżjoni li tiddikjara konċentrazzjoni inkompatibbli mas-suq komuni - L-annullament tad-deċiżjoni permezz ta' sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza - Ksur suffiċjentement serju ta' regola tad-dritt li hija intiża biex tagħti drittijiet lill-individwi)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MyTravel Group plc (Rochdale, Lancashire, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: D. Pannick, QC, M. Nicholson u S. Cardell, solicitors, A. Lewis, barrister, u R. Gillis, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: inizjalment R. Lyal, A. Whelan u P. Hellström, wara R. Lyal u F. Arbault, aġenti)

Parti intervenjenti in sostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: W.-D. Plessing u M. Lumma, aġenti)

Suġġett

Rikors għall-kumpens tad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba illegalitajiet fil-proċedura ta' kontroll tal-kompatibbiltà mas-suq komuni tal-konċentrazzjoni bejnha u First Choice plc.

Dispożittiv

1)    Ir-rikors huwa miċħud.

2)    MyTravel Group plc għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

3)    Il-Kummissjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

4)    Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

____________

1 - ĠU C 200, 23.8.2003.