Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2013 – Planet vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-489/12) 1

(“Klawżola ta’ arbitraġġ – Sitt programm kwadru dwar l-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni – Kuntratti dwar il-proġetti Ontogov, FIT u RACWeb – Spejjeż eliġibbli – Nuqqas ta’ interess ġuridiku – Inammissibbiltà”)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn S. Drakakakis, avukat)

Suġġett

Rikors ibbażat fuq l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE intiż sabiex jiġi kkonstatat, minn naħa, li r-rifjut tal-Kummissjoni li tikkunsidra bħala spejjeż eliġibbli ċerti ammonti allokati b’implementazzjoni tal-kuntratti “Ontology enabled E-Gov Service Configuration (Ontogov)”, “Fostering self-adaptive e-government service improvement using semantic technologies (FIT)” u “Risk Assessment for Customs in Western Balkans (RACWeb)”, konklużi fil-kuntest tas-Sitt Programm-Qafas tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni jikkontribwixxu għat-twettiq taż-Żona Ewropea tar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2002-2006), jikkostitwixxi ksur min-naħa tal-Kummissjoni tal-obbligi kuntrattwali tagħha u, min-naħa l-oħra, li dawn l-ammonti jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli u ma għandhomx jitħallsu lura.Dispożittiv1)    Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.2)    Planet AE Anonymi Etaireia Parochis Symvouleftikon Ypiresion hija kkundannata għall-ispejjeż.