Language of document :

Digriet tal-Qorti tal-Prim'Istanza tat-12 ta' Settembru 2008 - Goris vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-126/04)

("Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Sentenza interlokutorja - M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni")

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Willem Goris (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentanti: J. Currall u H. Krämer, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-5 ta' Mejju 2003, li temenda l-klassifikazzjoni fil-grad tar-rikorrenti, safejn din tiffissa l-klassifikazzjoni tiegħu fl-iskala, fid-data tal-ħatra tiegħu, għall-grad B 4, it-tieni skala, fejn tiffissa l-5 ta' Ottubru 1995 bħala d-data li fiha d-deċiżjoni tibda tipproduċi l-effetti pekunjarji tagħha u li fiha ma terġax tistabbilixxi l-karriera fil-grad tar-rikorrent kif ukoll talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad l-ilment tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra talba għall-kumpens tad-dannu allegat, li jirriżulta minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

M'hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

Il-Kummissjoni tbati l-ispejjeż kollha.

____________

1 - ĠU C 118, 30.4.2004.