Language of document :

Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta' Marzu 2012 - Asociación Española de Banca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-236/10) 

("Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta' għajnuna li tippermetti l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwist ta' ishma barranin - Deċiżjoni li tiddikkjara l-iskema ta' għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li ma tordnax l-irkupru tal-għajnuna - Assoċjazzjoni - Nuqqas ta' interess individwali - Inammissibbiltà")

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Asociaciôn Española de Banca (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, E. Abad Valdenebro, M. Muñioz de Juan u R. Calvo Salinero, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 1(1), u, sussidjarjament, tal-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/5/KE, tat-28 ta' Ottubru 2009, dwar l-amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta' ishma barranin C 45/07 (ex NN 51/07, ex CP 9/07) implimentata minn Spanja (ĠU 2011, L 7, p. 48).

Dispożittiv

Ir-rikors huwa miċħud.

L-Asociaciôn Española de Banca hija kkundannata għall-ispejjeż.

____________

1 - ĠU C 195, 17.07.2010.