Language of document :

Rikors ippreżentat fis-17 ta' Jannar 2012 - Alfacam et vs Il-Parlament

(Kawża T-21/12)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alfacam (Lint, il-Belġju); Via Storia (Schiltigheim, Franza); DB Video Productions (Aartselaar, il-Belġju); IEC (Rennes, Franza); u European Broadcast Partners (EUBROPA) (Aartselaar) (rappreżentant: B. Pierart, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Parlament Ewropew fit-18 ta' Novembru 2011 li tattribwixxi lill-kumpannija Belġjana b'responsabbiltà limitata WATCH TV S.A. il-kuntratt EP/DGCOMM/AV/11/11, lott 1 Provvista ta' servizzi vidjow, radju u multimedja - Servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew fi Brussell;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni adottata mill-Parlament Ewropew li ma għażilx l-offerta tal-ewwel erba' rikorrenti, li aġixxew fil-kuntest tal-assoċjazzjoni temporanja EUROPEAN BROACAST PARTNERS, liema offerta ġiet ikklassifikata fit-tieni post għall-kuntratt EP/DGCOMM/AV/11/11, lott 1 Provvista ta' servizzi vidjow, radju u multimedja - Servizzi li għandhom jiġu pprovduti lill-Parlament Ewropew fi Brussell;

tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament Finanzjarju , sa fejn l-offerta tal-offerent magħżul tikkontjeni dikjarazzjonijiet foloz b'tali mod li dan l-offerent kellu jiġi eskluż mill-għoti tal-kuntratt.

____________

1 - Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta' Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanazjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 4, p. 74).