Language of document : ECLI:EU:T:2013:15





Digriet tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tal-15 ta’ Jannar 2013 — Alfacam et vs Il-Parlament

(Kawża T‑21/12)

“Rikors għal annullament — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi awdjoviżivi lill-Parlament — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Artikoli 94 u 103 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — Rikors manifestament infondat fid-dritt”

1.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Għoti ta’ kuntratti — Esklużjoni tal-offerenti ħatja ta’ dikjarazzjonijiet foloz matul il-proċedura — Applikabbiltà fl-istadju tal-għoti tal-kuntratt u mhux wara l-għoti (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 94(b)) (ara l-punt 42)

2.                     Proċedura ġudizzjarja — Rikors promotur — Rekwiżiti proċedurali — Espożizzjoni sommarja tal-motivi invokati — Motiv uniku bbażat fuq interpretazzjoni żbaljata ta’ dispożizzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 44(1); Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, Artikolu 94(b)) (ara l-punti 43-45)

3.                     Kuntratti pubbliċi tal-Unjoni Ewropea — Proċedura għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Skoperta ta’ żbalji sostanzjali, ta’ irregolaritajiet jew ta’ frodi li jivvizzjaw il-proċedura wara l-għoti tal-kuntratti — Marġni ta’ diskrezzjoni tal-istituzzjoni (Regolament tal-Kunsill Nru 1605/2002, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 103) (ara l-punti 46-50)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament, tat-18 ta’ Novembru 2011, li tattribwixxi lill-kumpannija watch tv il-lott Nru 1 tas-sejħa għal offerti EP/DGCOMM/AV/11/11 dwar il-provvista ta’ servizzi awdjoviżivi fis-sit tal-Parlament f’Brussell (il-Belġju), kif ukoll tad-Deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Novembru 2011 li tiċħad l-offerta ta’ Eubropa għal dan il-lott.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-rikorrenti għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew.